mercredi 15 décembre 2010
l-Ewwel Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu qam minn bejn l-imwiet
O Marija, jien nemmen fil-qawmien ta’ Gesu u fir-rebh tieghu fuq il-mewt u fuq id-dnub; aghmel li t-twemmin tieghi jkun imheggeg bhal dak tal-ewwel appostli tal-Knisja.
Nitolbu ghal dawk li qed ihejju ruhhom ghall-maghmudija, ghal dawk li ghad mhumiex mghammdin, ghall-missjonijiet.
It-Tieni Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu tela’ s-sema
O Marija, kattar fija l-bizgha tal-gudizzju; it-tama helwa tal-genna , u nissel fija x-xewqa kbira li nara ‘l wiccek u l-wicc ta’ Gesu Ibnek
Nitolbu biex fuq art twelidna ssaltan Marija, u permezz taghha jsaltan Kristu binha; nitolbu ghal dawk li tilfu t-tama tal-genna weghda minn Gesu, u ghall-erwieh tal-purgatorju.
It-Tielet Misteru: Meta l-Ispirtu Santu nizel fuq l-appostli
O Marija, bit-talb tieghek lili wkoll aqlaghli l-Ispirtu tal-gherf, tal-fehma, tax-xjenza, tal-kunsill, tal-qawwa, tal-pjeta’ u tal-bizgha mqaddes ta’ Alla.
Nitolbu ghall-Papa, ghall-ghaqda tal-knejjes mifrudin, ghall-isqfijiet, il-kappillani u s-sacerdoti kollha.
Ir-Raba’ Misteru: Meta Sidtna Marija kienet imtella’ s-sema bir-ruh u l-gisem.
O Marija, mill-gholi tal-glorja tieghek ta’ Omm, igbed lejk il-mohh taghna u saffih mill-materjalizmu tal-hajja.
Nitolbu biex Marija tkun izjed maghrufa u mahbuba, u bhekk ikun izjed maghruf u mahbub binha Gesu’
Il-Hames Misteru: Meta Sidtna Marija kienet inkurunata sultana tas-sema u tal-art
O Marija, saltan bl-imhabba safja tieghek fuq niesi, fuq art twelidi u fuq id-dinja kollha.
NItolbu ghall-konverzjoni tal-bnedmin permezz ta’ Marija; nitolbu wkoll ghall-paci fid-dinja.
Mill-istess awtur: Misteri tal-Ferħ, Misteri tad-Dawl u Misteri tat-Tbatija