Id-Dinja tar-Rużarju mal-Ordni tal-Predikaturi
Anglais
Espagnol
Français
Contact
 

Talb għal waqt il-meditazzjoni tar-Rużarju - Misteri tad-Dawl

mercredi 1er décembre 2010


L-Ewwel Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu tghammed fix-xmara Gordan

O Marija, Omm Gesu’, ghallimna naghrfu f’Gesu l-Iben mahbub tal-Missier u nkunu dejjem lesti nisimghu kliemu.

Nitolbu ghal dawk kollha li qed tbeghdu mit-triq it-tajba; ghalina lkoll biex nindmu minn dnubietna u nimtlew hegga biex naghmlu t-tajjeb


It-Tieni Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu bidel l-ilma fl-inbid fit-tieg ta’ Kana

O Marija, li ghall-kelma tieghek, Gesu wettaq l-ewwel miraklu tieghu, ghinna naghmlu dejjem dak li jghidilna Hu.

Nitolbu ghall-mizzewgin kollha biex izommhom dejjem lil Kristu prezenti fil-familji taghhom; nitolbu ghall-Knisja kollha biex taghraf tkun l-Gharusa denja ta’ Kristu.


It-Tielet Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu waqqaf is-Saltna u xandar l-indiema

O Marija, Omm u Dixxiplu ta’ Ibnek Gesu’, ghallimna nkunu bennejja tas-Saltna flimkien ma’ Ibnek.

Nitolbu biex fid-dinja tigi s-saltna ta’ Alla: saltna ta’ verita’ u gustizzja, saltna ta’ mhabba, moghdrija, hniena u mahfra.


Ir-Raba’ Misteru: Meta Sidna Gesu’ Kristu nbidel fuq il-Muntanja Tabor

O Marija, ghallimna nharsu lejn il-wicc ta’ Ibnek mibdul fil-glorja fuq it-Tabor, biex ma nibzghux u ma naqtghux qalbna meta narawh sfigurat fuqi il-kalvarju tal-hajja.

Nitolbu ghal min qed ibati; nitolbu ghal min qata’ qalbu mill-hajja, nitolbu ghal dawk li jghixu minghajr tama.


Il-Hames Misteru: Meta Sidna Gesu’ Kristu waqqaf l-Ewkaristija Mqaddsa

O Marija int li adurajt il-gisem u d-demm ta’ Ibnek imnissla f’gufek, imliena b’qima u hegga ikbar lejn is-Sagrament hekk ghaziz tal-Ewkaristija.

Nitolbu ghas-sacerdoti kollha biex jifhmu l-kobor tal-Misteru li gie afdat f’idejhom; nitolbu ghall-ghaqda fost l-insara kollha


Mill-istess awtur: Misteri tal-Ferħ, Misteri tat-Tbatija u Misteri tal-Glorja


Suivre la vie du site RSS 2.0 | Plan du site | Espace privé | SPIP | squelette