jeudi 25 novembre 2010
l-Ewwel Misteru: Meta l-Anglu Gabrijel habbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla
Nizzuk hajr, Marija, talli emmint, u talli lqajt li ssir Omm il-Feddej: is-sahha taghna nafuha lilek!
Nitolbu ghal dawk li huma msejhin ghas-sacerdozju, ghall-hajja religjuza u ghall-apostolat; nitolbu ghall-gharajjes, imsjhin biex jaghmlu familja nisranija.
It-Tieni Misteru: Meta Sidtna Marija marret izzur lil qaribha taghha Elizabetta
O Marija, aghmel li jkun jisthoqqli nfahhrek u naghtik qima; ghallimni nrodd dejjem hajr ‘l Alla ghall-gid li jaghmilli, u zommni fil-ferh tal-grazzja li taghha inti Omm imbierka.
Nitolbu ghal dawk li se jsiru ommijiet, ghal dawk kollha li jinsabu f’xi vjagg, u ghal kull min jaghti ruhu ghall-hidma ta’ gid lil ghajru.
It-Tielet Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu twieled fil-ghar ta’ Betlem
O Marija, ghallimni nhobb il-faqar bhal Gesu tarbija
Nitolbu halli l-qlub tal-bnedmin jinfethu gahll-faqar ta’ Gesu’: nitolbu ghall-fqar u ghas-sliem fid-dinja.
Ir-Raba’ Misteru: Meta Sidtna Marija pprezentat lil binha Gesu’ fit-Tempju
O Marija, ixhet f’mohhi d-dawl safi tat-twemmin halli naghraf li Kristu biss huwa tabilhaqq is-sahha u l-gid tal-erwieh.
Nitolbu ghall-familji nsara, ghall-gnus li ghadhom ma gharfux lil Gesu’, u ghal dawk li jsofru xi tbatija minhabba r-religjon taghhom.
Il-Hames Misteru: Meta Sidtna Marija sabet lil Gesu’ fit-Tempju
O Marija, ghall-qsim il-qalb li hassejt flimkien mal-gharus tieghek Guzeppi x’hin kont tfittex lil Gesu mitluf, aghmel li jien qatt ma nitbieghed minnu u minnek.
Nitolbu ghall-erwieh li qed ifittxu ‘l Alla fid-dlamijiet ta’ ruhhom, ghal dawk li jridu jerfghu is-salib taghhom bla ma jistghu jifhmuh, ghal dawk kollha li huma mbeghdin minn Alla u mill-Knisja vera tieghu.
Mill-istess awtur: Misteri tad-Dawl, Misteri tat-Tbatija u Misteri tal-Glorja